STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA

Reference Number: PR211413, Press Release Issue Date: Jul 27, 2021
 
B’referenza għall-istqarrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-pazjenti tal-kanċer, il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija jikkjarifika li l-gvern ma daħal bl-ebda mod fit-tfassil jew fit-tħaddim ta’ ftehimiet privati bejn il-Malta Community Chest Fund Foundation u kumpaniji privati.

Filwaqt li messha taf li l-Community Chest Fund hija entità mhux governattiva li topera b’awtonomija assoluta, l-Oppożizzjoni għandha tiddikjara jekk hijiex bi ħsiebha tibda tindaħal fit-tmexxija ta’ din l-entità jekk tkun fil-poter.

Il-gvern mhux se jilgħab dan il-logħob politiku dwar il-pazjenti tal-kanċer bi stqarrijiet irresponsabbli bħal tal-Kap tal-Oppożizzjoni u se jibqa’ kommess li jwettaq politika ffukata fil-qasam tas-saħħa li tilħaq il-bżonnijiet ta’ kull min għandu bżonn.

Fuq kollox, b’differenza mill-Oppożizzjoni, il-gvern jibqa’ ffukat li b’ħidmietu joħloq il-ġid u jgħin lin-nies.